Programmes > Malta Writing Programme > Kids' Writing Circle >

Kids' Writing Corner

Mill-Ilħna ta' l-Imgħoddi

Sara Ackhdar

Ġurnata waħda t-temp kien bnazzi ħafna u x-xemx bdiet tiżreġ. Kelli mmur fuq is-swar biex nara jekk it-Torok humiex ġejjin jew le u meta jiġu ngħid lill-Kavallieri. Din kont nagħmilha għal seba' snin f'dan ix-xogħol u xejn ma kont nieħu gost. Imma jien ma stajt nagħmel xejn għax missieri kien iddeċieda li għandi na ħ dem hekk. Qed nikteb dan il-paragrafu fuq dan id-djarju biex niftaħ qalbi ma' xi ħadd għax ommi mietet u missieri jkun imħabbat ħafna. L-aktar ħaġa li ddejjaqni f'dan ix-xogħol hija li rrid noqgħod nispara peress li jien Kavallier. L-aktar ħaġa li togħġobni hija li rrid noqgħod nara jekk humiex ġejjin it-Torok u minn fejn ġejjin. Iġri jgħaddi kollox għax għajjejt nagħmel dan ix-xogħol!

 

 

 

 

 

 
For more information contact the Malta Writing Programme at FES on
tel: (00356) 21455600, 21455607, 21455653 fax: 00356 21455625
e-mail: mwp.fes@gov.mt