Programmes > Lifelong Learning Centres > About

Ċentri fil-Komunita' ta' Tagħlim Tul il-Ħajja
- proġett ġdid tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
Tagħlim Tul il-Ħajja
It-tagħlim matul ħajjet persuna huwa sies importanti ħafna. Li aħna lkoll nibqgħu nitgħallmu matul ħajjitna jfisser li nkunu f'qagħda aħjar li niffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja b'aktar ħila u kunfidenza.
Li nibqgħu nitgħallmu matul ħajjitna jfisser ukoll li aħna niksbu u nħaddmu firxa ta' ħiliet li jirrenduna persuni aktar umani u flessibbli kemm fil- ħajja personali tagħna kif ukoll fuq il-post tax-xogħol. Illum il-ġurnata kulħ add jista' jħossu xxurtjat li hawn daqstant opportunitajiet biex nibqgħu nitgħallmu. Kull wieħed u waħda minna, żgħar, żgħażagħ jew akbar, nistgħu nsegwu firxa ta' tagħlim li jwasslu għal kisba ta' kwalifiċi. Nistgħu wkoll insegwu korsijiet qosra jew itwal li minnhom nistgħu niksbu ħiliet u kompetenzi partikolari.
Sfond tal-Proġett
Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali (1999) jgħid li l-iskola għandha tiġi żviluppata bħala Ċentru Komunitarju għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Dan minħabba li r-riżorsi li hemm ġo fiha jistg ħ u jiġu utilizzati wkoll wara l-ħin ta' l-iskola għall-benefiċċju tal-komunita'. Mill-2001 sallum, il-Fondazzjoni g ħ al Servizzi Edukattivi wettqet firxa ta' inizjattvi edukattivi għal familji wara l-ħin ta' l-iskola f'numru ta' lokalitajiet bl-użu ta' l-infrastruttura ta' l-iskejjel primarji ta' l-istat. Il-Fondazzjoni esperimentat ukoll bi proġetti ta' Community Literacy Outreach fl-Isla u Bormla bi sħab mal-Kunsilli Lokali, Kunsilli Skolatiċi u għaqdiet u entitajiet attivi f'dawn il-lokalitajiet.
Fi tmiem l-2004, l-FES ingħatat fondi taħt il-Fondi Strutturali għal Malta (2004-2006) – Fond Soċjali Ewropew - sabiex tiftaħ Ċentri Komunitarji għat-Tagħlim Tul il-Ħajja f'numru ta' lokalitajiet f'Malta. Dawn il-komunitajiet huma l-Birgu, Birkirkara, il- Ħ amrun, l-Isla, Ħaż- Żabbar, Ħaż- Żebbug u ż-Żejtun. F'numru minn dawn il-lokalitajiet, l-FES diġa' ħadmet tajjeb fi programmi oħra bħal Ħilti, Nwar u Id f'Id, programmi li kollha jis ħ qu dwar l-importanza li biex it-tagħlim ikun aktar effettiv irid isir bi sħubija ma' entitajiet oħra.
Dan il-proġett issa qed joffri opportunita' ġdida biex il-loklalitajiet imsemmija hawn fuq u l-istrutturi fil-komunita' bħal Kunsilli Lokali, Kunsilli Skolastiċi, Kunsilli Pastorali u għaqdiet oħra jkattru l-opportunitajiet għal firxa ta' tagħlim għal żgħażagħ u adulti.
X'inhu l-Proġett?
Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) ingħatat fondi biex tibda l-ewwel Ċentri Komunitarji għat-Tagħlim Tul il- Ħajja (Community Lifelong Learning Centres) f'Malta. Dawn huma ċentri fejn tiġi offruta l-possibilita' ta' tagħlim għall-membri tal-komunita' marbut ma' tis ħiħ ta' kapaċitajiet għal opportunitajiet ta' impiegi .
Permezz tal-qsim ta' esperjenzi bejn il-membri tal-komunita', il-komunita' tkun tista' tissaħħaħ billi l-membri individwali tag ħ ha jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom f'oqsma differenti. Dawn l-opportunitajiet ta' tagħlim ivarjaw minn komunita' għal oħra f'dawk li huma temi, kontenut, postijiet fejn jiġu offruti u ħinijiet. Dan għaliex kull komunita' għandha l-identita' unika tagħha li tagħmilha differenti minn oħrajn tal-madwar.
Permezz ta' dan il-proġett, se jingħa qdu sforzi komuni biex kull min hu interessat li jibqa' jitgħallem u jikseb ħiliet ġodda, jista' jibqa' jagħmel hekk fil-lokalita' stess qrib ta daru. L-opportunitajiet edukattivi ġodda li qed jinħolqu se jkunu marbuta ma' temi indikati mill-komunita' stess fi sfond ta' analiżi tal-ħiliet u l-bżonnijiet tal-komunita' mill-persuni li qegħdin jaħdmu fil-komunita' u mis-suġġerimenti li jinġabru.
Min huma l-persuni li qed jaħdmu f'dan il-Proġett?
F'kull komunita' msemmija hawn fuq, hemm żewġ organizzaturi li għandhom ir-rwol li jorganizzaw il-korsijiet, jiltaqgħu ma' l-organizzazzjonijiet u jagħmlu analiżi tal-ħiliet u l-bżonnijiet tal-komunita' fost affarijiet oħra. Il-korsijiet qegħdin jiġu offruti f'postijiet differenti skond l-organizzazzjonijiet li jogħġobhom jissieħbu f'dan il-Proġett. Il-korsjiet qosra qegħdin jiġu offruti minn trejners diġa' mħarrġa. Dan kollu qiegħed jiġi kkoordinat fuq skala nazzjonali u evalwat kontinwament minn persuni mħarrġa fil-qasam tat-tagħlim fil-komunita'.
Fejn jixtieq iwassal dan il-Proġett?
Fil-futur qarib rridu wkoll nilħqu mhux biss lil dawk li huma fid-dinja tax-xogħol imma anke lill-anzjani u t-tfal li huma membri integrali tal-komunita'. Irridu naslu li l-iskola ssir iċ-Ċentru Komunitarju għat-Tagħlim Tul il-Ħajja b'għajnuna mill-Kunsilli Lokali u l-organizzazzjonijiet kollha fil-komunita' fi sħab flimkien.
Aktar Tagħrif
Għal aktar tagħrif tistgħu iċċemplu l-Fondazzjoni g ħal Servizzi Edukattivi fuq 21455600/607/653 Ext.139 jew tiktbu email f'dan l-indirizz: communitylearning.fes@gov.mt
For more information contact the Lifelong Learning Centres at FES on
tel: (00356) 21455600/607/653 Ext.139 fax: 00356 21455625
e-mail: communitylearning.fes@gov.mt |