Programmes >
Malta Writing Programme >

Għeżież,

Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) flimkien mal-CMeLD u l-Kulleġġ ta’ Għawdex,
se jorganizzaw żewġ sessjonijiet ta’ Kitba għall-familji. Din hija opportunità għall-ġenituri li
jixtiequ jaqsmu ftit tal-ħin ma’ uliedhom f’attivitajiet ta’ gost marbuta mal-kitba.

Dawn is-sessjonijiet ser jitmexxew minn Prof. Lil Brannon mill-Universita ta’ North Carolina
f’Charlotte fl-Istati Uniti flimkien ma’ tim ta’ għalliema mħarrġa mill-Malta Writing
Programme. Prof. Brannon tmexxi l-UNC Charlotte Writing Project u għamlet snin twal
taħdem mal-familji fi proġetti tal-kitba.

L-ewwel attivita` ser issir f’Malta, il-Ħamis 28 ta’ Awwissu 2008 mill-5:00pm sat-8:00p.m.
fis-Sala Robert Samut, il-Furjana.

It-tieni attivita` ser issir f’Għawdex is-Sibt 30 ta’ Awwissu 2008 mid-9:30am san-12:30pm.
f’M. A. Refalo VI Form, Rabat, Għawdex.

Hemm ħlas ta’ €4.50 kull persuna

Nħeġġuk biex tapplika għal waħda minn dawn is-sessjonijiet. It-tfal irid ikollhom mill-inqas
tmien snin u jkunu kapaċi jesprimu ruħhom fil-kitba mill-inqas f’livell ta’ sentenzi biex
joħolqu test unit. Kull tifel u tifla trid tiġi ma’ adult/a li tieħu parti attiva fil-programm mħejji.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sa nhar il-Erbgħa 20 ta’ Awwissu 2008. Il-ħlas jista’ jsir
permezz ta’ ċekk li jintbagħat flimkien ma’ din l-applikazzjoni. Iċ-ċekk għandu jkun
indirizzat lil Foundation for Educational Services u jintbagħat lil:

Foundation for Educational Services
Attn: Ms Muriel Grech (MWP)
P.O. Box 1
Rabat, RBT1000
Malta.

Nilqgħu l-ewwel applikazzjonijiet li nirċievu.

Narawkom!

Jane Farrugia Buhagiar
Community Services Coordinator

Il-MALTA WRITING PROGRAMME huwa l-ewwel sit internazzjonali affiljat tan-National Writing Project, U.S.A. fl-
Ewropa, u l-ewwel fid-dinja flimkien mal-Hong Kong Writing Project.