Dari meta kont toħroġ barra kont tisma' s-sireni li jindikaw xi attakk mill-ajru … illum tisma' tvenvin ta' karozzi, ħornijiet idoqqu u bosta ħsejjes oħra. Toħroġ x'ħin toħroġ minn darek ħlief storbju ma tismax, u ħlief dħaħen ma xxommx, jiġifieri għalkemm dari kienu jibżgħu għal ħajjithom, illum tant ieħor, għax jew b'daqqa ta' karozza jew bil-foga tad-dħaħen, aħna wkoll qed inpoġġu saħħitna fir-riskju. Jekk qabel it-theddid kien jiġi mill-ajru, illum jiġi minn kull rokna u minn kull direzzjoni li nħarsu lejha.
|