Jien kont noqgħod bejn iż-Żebbiegħu l-Isqorba sa kemm kelli 7 snin. Kellna dar tawwalija mhux ħazin bil-kmamar kbar u ġardina. Kellna wkoll xi annimali: fniek,tiġieġ u nagħaġ.
Ħ dejna kienet toqgħod iz-zija Marija li ilha li ħallietna sitt snin u z-ziju Ċensu b'għaxart itfal. Konna nkunuħafna għand xulxin. Daqqa għandna u daqqa għandhom. Konna nilagħbu l-aktar mat-tliet kuġini ż-żgħar peress li kienu tamparna. Konna noħorġu nilagħbu fix-xagħri ta' fejn iz-zija bil-kaxxi ta' l-injam u nagħmlu taparsi tal-ħanut. Konna nagħmlu l-kunserva bi ftit trab u ftit ilma. Konna nsibu iż-żrar taparsi żebbuġ u lil ommi konna neħdulha l-bottijiet vojta.
Maġenbna eżatt kien hemm garaxx li kien jintuża bħala kappella li kien tan-nannu tiegħi. Kien isir quddies it-Tlieta, il-Ġimgha u l- Ħ add filgħodu. Konna nieħdu sehem fil-kor u wara n-novena kien ikollna xi kompetizzjoni fuq li smajna. Kulħadd kien jimpika biex forsi jirbaħ imma l-iktar li niftakar meta kellna npin ġ u xi ħaġa . T'oħti l-kbira kienet fost l-isbaħli kien hemm għax kienet taf tpenġi ħafna imma min għazel qal li dik mhux hi pinġietha! U tgħidx kemm bkiet. Xiħaġa hekk tibqa' tiftakarha, hux?
Imbagħad il- Ħ add wara nofsinhar kulħadd għal għand in-nanna u n-nannu. Fis-sajf konna noħorġu quddiem id-dar tagħha stess. Kien hemm biċċa art vojta fejn konna inħobbu nilagħbu mal-kuġini. Konna nitilgħu fuq xi għajn, bix-xewqa li naqbdu xiħuta jew insibu xi għadira sabiex naqbdu xi żrinġ. Konna naqtgħu n-narċis is-Sibt filgħaxija biex inbigħuh dak il-hin. Miskin hu min kien jieqaf jixtri għax xi erbgħa nersqu lejh biex forsi jieħu tiegħu. Konna nbigħu l-frawli ukoll fil-kaxxi tal-kartun li konna nagħmlu aħna stess. Konna nilagħbu l-lastiku u ż-żibeġ u s-subien il-boċċi.
Ftit ‘l isfel minna kien hemm ‘grocer'. Ma nafx x'kien jismu imma konna nsibuh bħala ‘Ta' Ħ al-Qormi'. Kien jaħmi l-ħobż ukoll. Niftakar dawk ir-reklami b'forma ta' tapp tal-Kinnie tal-ħadid imwa ħħ lin ma' xi bieb . Konna nixtru l-kunserva fil-karta strazza. Mhux l-ewwel darba li nwassalha d-dar nofsha vojta! Kienet tiżinhielna fuq il-miżien l-antik. Il-ħelu kont issibhom fil-fliexken kbar tal- ħġ ieġ. Konna nagħmlu il-ħobż fiċ-ċurniena. Kienet borża tad-drapp.
F'kantuniera ‘l isfel minn tal-grocer kien hemm Salvina. Kellhaħanut tax-xorb. Irġiel biss kont tara. Fl-istess triq kien hemm waħda tagħmel in-newl. Kellha magna ta' l-injam kbira. Kienet taħdem il-kutri bis-suf tan-nagħaġ.
Niftakar li kien hemm skarpan li konna nsibuh bħala ‘Baskal'. Ftit li xejn niftakru imma x'ħin kont nidħol għandu kont inxomm riħa ta' ġild. Żraben fuq xulxin. Ma nafx kif kien isibhom. Kien raġel kwietħafna u mill-ewwel kien jaqdik.
Illum noqgħod ftit passi ‘l boghod minn fejn trabbejt!
|