Programmes > Malta Writing Programme > Parents' Writing Circle >

Parents' Writing Corner

Ġrajjiet L-Imgħoddi

 

Għaddew tmenin sena minn meta n-nanniet kienu jirrakkuntaw dawn il-ġrajjiet. Xi rakkont li niftakar: F'dan ir-raħal ċkejken taż-Żebbiegħ imdawwar bl-għelieqi kont issib ħafna bdiewa. Kmieni filgħodu l-irġiel ibakkru biex jerħulha għall-ħidma tagħhom. Jarmaw il-ħmar bil-karettun li kien ikun magħmul minn xi bniedem tas-sengħa u jerħulha għall-għelieqi tagħhom. Kienu jgħaddu minn xi sqaq dejjaq b'ħitan tas-sejjieħ għoljin. Kemm kemm jgħaddi l-karettun! Kont tilmaħukollħafna siġar tat-tin,ħarrub u bajtar tax-xewk. Prodotti li kienu jiżirgħu jew iħawlu kienu l-patata, ful, basal, qargħa aħmar, bettieħ tax-xitwa, tadam u l-aktar qamħu silla. Imbagħad bdew jagħmlu l-frawli wkoll.

Is-silla u l-qamħkien jinqata' billi kien ikollhom iqumu kmieni biex ma jitbaskatx. Kien jinqata' bil-minġel. Huma u jaqtgħuh jagħmluh qatta żgħira u jintrabat minn biċċa qamħstess jgħidulha irbat u wara jinġabru u jagħmluhomħmiel.

Mezz biex isaqqu kien billi jibdew iħaffru l-ispejjer (ħofra fonda ġmielha taħt l-art). Din kienet titbaqqan mill-bdiewa stess bil-baqqun. Kienet biċċa xogħol iebsa ħafna! Jekk kien jinstab l-ilma (għax wara biċċa xogħol bħal dik mhux dejjem kienu jsibu), kien jittella' b'mitħna tar-riħli llum waħdiet għadek issib minnha. Biex jinġabar l-ilma kienu jintużaw kanali tal-ġebel biex iwassluh sal-ġiebja biex imbagħad jintuża meta jkun hemm bżonn. Dan l-ilma jkun ħelu tajjeb ukoll għax-xorb.

 

Il-prodotti kienu jpoġġuhom ġo xkejjer jew mezez li kienu maħduma mill-qasab b'sengħa kbira. Illum ftit għad fadal minnhom u jintużaw bħala dekorazzjoni. Biex jieħdu l-prodotti tagħhom fil-pitkalija kien ikollhom jaħsbu kmieni. Bil-ħmar trid il-ħin biex tasal! Il-ħmar kellu x'jagħmel mhuxħażin. Dan kienu jużawh biex jaħdmu l-ħamrija u jarmaw il-moħriet li jkun magħmul minn injam uħadid għax ma kienx hawn tractors jew muturi.

 

Il-mara kienet tibqa' id-dar għax il-biċċa l-kbira kollha familji kbar kienu jkunu. Kien ikollha x'tagħmel mhuxħażin! Kienu jaħslu l-ħwejjeġ fl-għajn tal-ħasselin. Din kienet tip ta' ġiebja żgħira u n-nisa kienu jaħslu l-ħwejjeġ kollha hemm. Ħ alli ghalihom! Min izekzek l-aktar. Il-ħwejjeġ kienu jindirsu bis-saqajn u jużaw is-sapun taċ-ċavetta. Ma nafx kif kienu jiġu! Sodod  ma kienx ikollhom x'jagħmlu  għax il-maġġoranza fuq it-tiben kienu jorqdu. Mhux l-ewwel darba li ma kinux jistgħu jorqdu b'xi bergħud jew nemus joqros.

 

L-aktar ikel popolari kien il-minestra, fenek moqli biż-żejt u xi torta tal-qargħa aħmar. Kienu jużaw il-prodotti tagħhom stess. Kien jissajjar fuq il-kenur. Mill-ikel kienu neqsin. Ma kinux jieklu sakemm jixbgħu. Min jaf kemm kien hawn min ma kellux x'jiekol!

Kien ikollhom kull tip ta' annimali: fniek, tiġieġ, mogħoż,ħnieżer, baqar u l-ħmir. Fuq il-bjut kienu jżommu l-ħamiem. Tip ta' ikel li għadu jsir sa llum hu: tin maqsum u tadam imqadded bi ftit melħli kienu jitpoġġew fuq il-bjut. Fuq il-bjut kont isib bettieħ tax-xitwa u tal-qargħa aħmar ukoll. Meta kienu jridu xi tazzaħalib kienu jaħilbu l-mog ħż a tagħhom. Il-ġbejniet ma jonqsux! Il-fridges ma kinux jeżistu. Biex ikessħu kienu jdendlu l-ikel b'xi ħabel ġo xi bir u jħalluh imdendel.

It-tfal kien ikollhom xogħolhom. Jitimgħu l-bhejjem u joħorġu jirgħu n-nagħaġ u l-mogħoż. Ġranet sħaħ kienu jagħmlu! Iżjed jivvintaw xi praspura milli jagħtu kas il-merħla. Fl-għaxija kienu jinġabru kmieni għax kienu jorqdu bil-musbieħ peress li dawl ma kellhomx.

Għaddew mill-gwerra! Kemm batew! Attakki mill-bombi, ajruplani, suldati mas-saqajn, djar imwaqqgħa, twerżiq, nies midruba u xi mejtin ukoll. Kien żmien ikrah għax kulħadd ġie milqut. In-nanniet b'xi demgħa nieżla meta jsemmu dan il-mument. X'ħin kien jitla' l-air raid is-sirena kienet iddoqq. Kulħadd għal ġox-xelter jekk kien jagħtik ċans. Mhux l-ewwel darba li għamlu iżjed minn ġurnata hemmhekk. Min kien ikun l-għalqa kien jidħol ġo xi girna li jkun għamel hu stess. Trid tkun tas-sengħa biex tagħmilha għax ma jirnexxilekx.

Drawwa oħra ħelwa kienet it-tiġijiet. Kienu jistiednu r-raħal kollu. Ma għandniex xi ngħidu, ma kinux irħula kbar. Ir-rigali tal-mistiedna kienu jkunu tiġieġ, fniek u xiħanżir li jkun tagħhom stess. Dawk il-biskuttini tar-raħal li għadhom isiru sal-lum. Biex jixorbu nbid kien ikollhom li kienu jagħmlu huma stess. Mhux JB, Teachers jew Vodka! Kien għadhom ma jeżistux! In-nisa xi naqra anizetta li tibqa' ttiegħemha ma' xofftejk. Id-drawwa ta' l-ilbies ta' l-għarusa kienet libsa sewda bl-antaċċoli u lewlu u xi naqra bizzilla. Kollu xogħol ta' l-idejn. Imdendel ma' għonqha l-ġerikan sabiħu jleqq! L-għarus libsa sewda b'ċoff jew ingravata. B'xi tomna fuq rasu allavolja dan mhux kulħadd kien ikollu. Minn ġo xi qiegħta' xi kexxun moħbi u merfugħ sew kien joħroġ il-porka. Kien arloġġ tad-deheb. In-nisa li jkunu mistednin b'xi għonnella. L-irġiel b'xi qalziet , qmis, sidrija, terħa u beritta. B'dak il-qorq tal-ġilda li min jaf kemm kien ilu jilbes.

 

Illum baqagħli biss memorji f'xi ritratt imwaħħal ġo frejm.

 

 

 
For more information contact the Malta Writing Programme at FES on
tel: (00356) 21455600, 21455607, 21455653 fax: 00356 21455625
e-mail: mwp.fes@gov.mt