Darba kien hemm bidwi li kellu tlett itfal. Meta miet, il-bidwi ħalla l-għalqa lit-tifel il-kbir u l-ħmar lill-fustani. B'hekk dawn setgħu jaqilgħu x'jieklu. Imma lil Roberto, it-tifel iż-żgħir, ħallielu biss il-qattus. “Imsejken Pejxu”, qal it-tifel lil qattus. “Issa kif se ngħixu?” “Tħabbel rasek xejn”, wieġbu l-qattus. “Agħtini par żarbun u basket u tara kif ma jkun jonqosna xejn.” Il-Pejxu qabad fenek u mar bih għand is-sultan. Qallu li dak ir-rigal kien bagħtulu l-‘Markiż ta' Karrabas'. Is-sultan qallu biex jirringrazzja lil sidu u jinżel fil-kċina biex ituh jiekol.
L-għada s-sultan u bintu Sefora ddeċidew li jmorru dawra fil-kampanja bil-karozzella. Il-Pejxu sema b'dan u mar jgħid lil sidu Roberto biex jinża' ħwejġu u jinżel fix-xmara u meta s-sultan isaqsih min kien, hu jgħidlu li hu l-Markiż ta' Karrabas. It-tfajjel hekk għamel. Niżel jgħum fix-xmara. Beda jipprova jaħseb x'seta' kien qed jippjana l-Pejxu. Il-Pejxu dabbar rasu u mar jiltaqa' mal-ħaddiema fl-għelieqi. Kull fejn mar beda jgħid lil ħaddiema biex jekk jiġi s-Sultan u jistaqsihom ta' min huma l-għelieqi, jgħidulu li huma tal-Markiż ta' Karrabas.
Sadanittant is-Sultan u bintu Sefora marru jistaqsu għall-Markiż ta' Karrabas. Huma sabu li l-Markiż kien joqgħod f'kastell kbir fuq għolja mdawra kollha bis-siġar. Il-Markiż kien ġuvni gustuż u l-prinċipessa ħadet grazzja miegħu. Is-Sultan offra lill-Markiż ta' Karrabas biex jirkeb magħhom fil-karozzella. Is-Sultan u bintu bdew jitkellmu mal-Markiż iżda ma semmewlu xejn dwar ir-rigal li kien bagħtilhom mal-Pejxu.
Fit-triq iltaqgħu mal-Pejxu li waqqaf lill-karrozzella u beda jgħajjat “X'biċċa ġralna”. “Waqt li sidi l-Markiż ta' Karrabas kien qed jgħum fix-xmara ġew il-ħallelin u serqulu ħwejġu.” Is-Sultan, il-prinċipessa u l-Markiż ħarsu lejn xulxin.
Il-Markiż lanqas ried jemmen lil widnejh. Il-prinċipessa tħawdet imma s-Sultan malajr għaraf lill-Pejxu u qallu: “X'għarukaża.” Is-Sultan ordna lil qaddejja tiegħu biex jgħinu lit-tfajjel biex jitla' mix-xmara u jġibulu tibdila ħalli jbiddel. Is-Sultan qal lill-prinċipessa u lill-Markiż biex ma jurux lil Pejxu li huma kienu ndunaw li t-tfajjel ma kienx il-Markiż ta' Karrabas. Meta t-tfajjel libes il-ħwejjeġ li ġabulu mill-palazz, tgħidx kemm xerqulu. Is-Sultan stiednu jirkeb magħhom fil-karozzella. Waqt li kienu għaddejjin, is-Sultan beda jieqaf jitkellem mal-ħaddiema li kien hemm fl-għelieqi u jistaqsihom ta' min hi l-għalqa. Dawk kienu dlonk jgħidulu: “Tal-Markiż ta' Karrabas.” Is-Sultan stagħġeb mhux ftit bil-ġid li kellu l-Markiż ta' Karrabas. Ma kienx jaf li dawk l-għelieqi ma kinux kollha tal-Markiż.
Is-Sultan tant feraħ li dar fuq il-prinċipessa Sefora u staqsieha, “Trid tiżżewweġ lil Markiż ta' Karrabas?” Sefora aċċettat bil-qalb għax ħadet grazzja miegħu. It-tfajjel Roberto ħaseb li s-Sultan kien qed jgħid għalih. Hekk kif il-prinċipessa qalet iva, is-Sultan dar fuq il-Markiż u staqsieh jekk iridx jieħu lil bintu b'martu. Tant feraħ li dar fuq il-prinċipessa u taha bewsa. It-tfajjel induna li l-Pejxu kien daħħlu f'taħwida, tħawwad, beża' u qabeż mill-karozzella. Reġa' spiċċa jgħum fil-xmara!
|