Fil-villaġġ ta' l-orsijiet kienet ilha s-sħana għal ħafna ġranet u gimgħat.
“Bil-kemm baqgħalna ilma”, qal wieħed mill-orsijiet li kien pulizija.
“M'għandniex ilma?!” qabeż ors ieħor, “Ma nistgħux nużaw l-ilma li għandi fil- pool ? ”
Inzerta kien għaddej ors ieħor li kien bidwi u qal, “Kif ħa nsaqqi l-qsari? L-ilma tal bir tiegħi nħela wkoll!”
“Bir, bir, bir, iva bir!!!” qal l-ors bejnu u bejn ruħu.
Qabad ftit ġebel u erħilha għax-xogħol.
”Bonġu”, qal wieħed lill-ieħor.
”X'inti tagħmel?”
”Qed nibni bir”, qallu.
”Mela allura għandek bżonn ftit konkos? Ħ a mur inġiblek ftit.” Sakemm ġie lura, l-ors laħaq ippostja l-ġebel dawra tond, forma ta' bir, fuq l-art.
Sadanittant l-ieħor wasal lura u qallu, ”Tajjeb ħafna”, u beda jidħak. Imbagħad bdew iwa ħħ luhom ma' xulxin bil-konkos. W aħħ lu wkoll l-qasab mad-dawra u rabtu b'ħabel barmil fin-nofs.
“Ma tistax iġġib ilma min dak il-bir”, qallu l-ors pulizija x'ħin ra l –bir li kienu qed jibnu u beda jidħak. Il-bir irid ikun imħaffer ġo l-art biex tkunu tistgħu ttellgħu l-ilma minnu.”
Kien hemm l-ors għalliem tagħhom u qallhom, ”Nistgħu nagħmluh bir tax-xewqa, ejjew nagħmlu xewqa flimkien”, u kulħadd qal xewqa ġo qalbu.
Wasal l-għada u x'kien ġara? Il-qsari tal-bidwi kibru ħodor u friski, l-għasafar bdew itiru minn siġra għal siġra u jixorbu minn ġo l-għadira li kien hemm u ġol-bir li kienu bnew ukoll kien hemm ftit ilma.
Kulħadd qal li x-xita kienet bżonnjuża daqs ix-xemx.
”Ix-xewqa tagħna saret realta”, qal l-ors.
“Tajjeb, tajjeb”, għajtu kollha flimkien l-orsijiet.
|