Meta kont tifla żgħira niftakar sewwa li kull fil-għaxija konna mmorru s'għand in-nanna. It-triq fejn kienet toqgħod in-nanna ma kinitx tinfed, għalhekk ftit li xejn kienu jidħlu karozzi.
Konna niltaqgħu grupp imdaqqas ta' tfal subien u bniet, bejn wieħed u ieħor kollha ta' l-istess eta'. Tgħidx kemm konna niġru u nilagħbu barra - noli, ħarba, salvament, bil-boċċi, biż-żibeġ, il-passju jew noqogħdu naqbżu l-ħabel.
Illum dak il-ħajt tas-sejjieħ li kien hemm faċċata twaqqa'. Minfloku infetħet triq, bi blokok ta' fletts fuq kull naħa. Bil-karozzi għaddejjin u ma jieqfu xejn. Minn dak il-grupp ta' tfal li konna niltaqgħu, ħadd ma għadu jersaq ‘l hemm. Dit-triq tfakkarni f'ħafna memorji sbieħ ta' tfuliti.
|