Ftakart f'missieri miskin u ngħid hekk għax ma nistax ingawdih kemm nixtieq u nħoss li qed jiddispjacini. F'Mejju li ġej jagħlaq erbgħa u tmenin sena u għalkemm għadu jbigħ is-saħħa, iż-żmien għaddej u ma jistenna lil ħadd. X'ħajja mgħaġġla! Imma għaliex dan il-ġenn kollu?
Ftakart kemm hi għal qalbu l-istorja li jirrakkonta fuq żmien il-gwerra. Mhux għax il-gwerra hi sabiħa iżda l-avventura tagħha naħseb li tog ħġ bu. Inżomm f'mo ħħ i li huwa kien daqsxejn ta' żagħżugħ u fiż-żgħożija kollox jinżillek għasel u jkun għadek mo ħħ ir-riħ! Kemm esperjenzi kellu! Kemm kien viċin il-periklu! Mess anke mal-mewt ta' sieħbu li miet waqt li kien qed jilgħab b'bomba liħadet f'idu. Minħabba li kien joqgħod is-Santi, wieħed mill-inħawi l-iżjed pittoreski li jħaddan l-Imġarr, ma kinux joqogħdu wisq fix-xelter. Darba, jirrakkonta, waqt li kienu qed jaħdmu r-raba'; għax missieri huwa bidwi u għadu jċekċek xi ħaġa kuljum tant li bħalissa qed jiżbor id-dwieli; hu uħuh, Alla jaħfirlu, raw l-ajruplani jitfgħu l-bombi veru viċin u z-ziju qal lill-pilota bħal li kieku kien qed jisimgħu, “Ersaq naqra ‘l hemm sieħbi!”
|