Programmes > Malta Writing Programme > Parents' Writing Circle >

Parents' Writing Corner

Il-fjuri tas-Sinjura Ċetta

Annabelle Falzon

Kienet ġurnata xitwija imma xemxija. Bħas-soltu, Rika u Tina kienu qed jilagħbu bil-ballun quddiem id-dar tagħhom. It-triq fejn kienu joqogħdu kienet waħda mwarrba u tagħlaq allura problemi ta' karozzi ma kienx hemm. Leħen irqiq li jtaqqablek it-tanbur ta' widnejk nstema' ġej mill-ġara tagħhom, is-Sinjura Ċettina. “Dak il-ballun – ara ma narahx lejn il-ġnien tiegħi!”

Għal xi sekondi ż-żewġt ibniet baqgħu ssummati sakemm ħarsu lejn xulxin u b'ħarsa brikkuna li taw lil xulxin fehmu lil xulxin – “Ħalliha tgħid”.

Is-Sinjura Ċett kienet tgħix weħidha. It-tfal tat-triq kienu jitwerwru minnha. Kienet twila u rqiqa, għajnejha żgħar wara nuċċali kbir iswed iserraħfuq imnieħer twil mhux ħażin. Dejjem liebsa xi libsa twila sewda – mhux ta' b'xejn mat-tfal kellha l-laqam ta' sa ħħ ara. Quddiem id-dar kellha ġnien ċkejken li kien il-mimmi t'għajnejha. Kont tistħajlu ta' l-istampi. Kellha roqgħa kbira margerit kull kulur. U l-bqija tal-ġnien kien kollu pjanti u kellha wkoll xi żewġ siġriet tal-frott.

Rika u Tina malajr insew lis-Sinjura u l-għajjat tagħha u komplew jilagħbu u jiġru.Ħin minnhom Rika xxuttjat il-ballun bis-sa ħħ a u ... x'waħda din … il-ballun spiċċa ġo nofs ir-roqgħa margerit tas-Sinjura Ċett … is-Sinjura widdbithom li ma riditx tara l-ballun riesaq lejn il-ġnien tagħha ... aħseb u ara kemm riedet tara l-ballun f'nofs il-margerit tant għażiż għaliha! Il-wiċċ ruxxan ta' Tina u Rika malajr sar abjad karti ... twerwru ... u f'ħakka t'għajn bdew jaraw kif se jaħbu dak li ġara. Ma setgħu jagħmlu xejn ħlief li jmorru għall-ballun ħalli ma tindunax li kienu huma. Il- ħaġa tajba kienet li s-Sinjura kienet ħarġet. Imma min ħa jmur iġib il-ballun? “Mhux int waddabtu? Mela mur għalih int!” qalet Tina lil Rika.

B'ġirja waħda Rika ġriet għall- ġ nien u ħatfet malajr malajr il-ballun. Ir-riħa tfuħ tal-margerit imħallat mar-riħa tal-weraq u fjuri mgħaffġin qajjem sens ta'ħasra u ħtija ġ o qalb Rika. B'nifisha maqtug ħġriet għal fejn oħtha u t-tnejn li huma ġrew għad-dar tagħhom.

Għadda l-ħin u minkejja li Tina ma ħasbitx aktar fuq li ġara, Rika kienet għadha tħoss dik iċ-ċerta ħtija. Ippruvat tittama li forsi s-Sinjura mhix se teħodha bi kbira u li s-sitwazzjoni ma kinitx gravi daqs kemm kienet qed tagħmilha hi. Għaddiet ħin twil wara t-tieqa tittawwal biex forsi tilmaħ lis-Sinjura barra. Sa fl-a ħħ ar minn wara l-kantuniera tfaċċat is-Sinjura Ċett. Dak ix-xaqq ta' tama li kellha Rika malajr sfaxxa fix-xejn kif rat l-espressjoni fuq wiċċ is-Sinjura meta ndunat x'ġara. Wiċċ Rika sar aħmar nar u qalbha bdiet tħabbat sitta sitta. Bilkemm ma ġithiex ħasra mis-Sinjura għax il-ħarsa li kellha fuq wiċċha s-Sinjura ma kinitx ta' rabja iżda waħda ta' dieqa.

Ħ oss kbir ġej mil-kamra tagħha ħasad lil Rika u ġriet b'ġirja waħda għal kamritha. Imxerrdin ma' kullimkien kien hemm il-kollezzjoni tad-diski tagħha u f'nofshom ħuha ż-żgħir ta' sentejn skantat u mwerwer bil-qatgħa lest biex jibki. Anzi ma weġġax – tgħid xejn - dak kien jonqos illum! Refg ħet liż-żgħir u ħaditu fejn oħtha. Lura fil-kamra tagħhha bdiet tiġbor mill-art id-diski. Għajnejha mtlewlha bid-dmugħ meta ndunat li tnejn mid-diski favoriti tagħha kienu nqerdu. Kemm iddispjaċiha! Tgħid hekk ħassitha s-sinjura Ċett meta rat dawk il-fjuri meqrudin u mgħaffġin? Le ... hemm bżonn tgħid il-verità lis-Sinjura. Ma setg ħe tx tibqà tħossha ħatja aktar. Kien qed jidlam u ddeċidiet li tmur l-għada fil-għodu l-ewwel ħin.

L-għada fil-għodu marret dritt għand is-sinjura Ċett. Din lanqas biss tatha ċans tħabbat mal-bieb li ma fetħitilhiex u kienet lesta biex tgħolli leħinha. Il-ħarsa suspettuża tas-Sinjura beżżg ħetha daqsxejn iżda għamlet kuraġġ u qaltilha, ”Qabel tgħid xi ħaġa int, għandi bżonn ngħidlek xi ħaġa jien”, qaltilha b'leħen baxx Rika. Malajr malajr stqarret x'ġara u skużat ruħha. Għamlet il-kuraġġ u qaltilha li, jekk is-Sinjura taċċetta, xtaqet tgħinha tħawwel xitel oħrajn ġodda. Wiċċ is-Sinjura bħal donnu nbidel u b'leħen kalm qaltilha, ‘Ilu ma jkolli lil xiħadd jgħinni. Se mmur nixtri ftit xitel oħra. Erġa' ejja lura għal xit-tlieta ta' wara nofsinhar.” Kemmħassitha ferħana Rika hi u sejra lura d-dar. Qalet b'kollox lil Tina u staqsietha biex tmur magħha. ”Ma tarax ... mela jien xbajtħajja? Biex tg ħa milli xi magħmul u tibdilni f'xi kreatura.” Rika nfaqgħet tidħak – kultant din Tina kienet tesaġerhom xi ftit. ”Agħmel int, jien sejra”.

Fit-tlieta bumm kienet fil-ġnien tas-Sinjura. Naddfu r-roqgħa tal-margerit u waqt li kienu qed jaħdmu s-Sinjura bdiet tirrakkonta kif hi kienet tgħix weħidha għax tfal ma kellhiex u r-raġel kien ilu li miet xi sentejn u proprju dik ir-roqgħa margerit li kien hemm kienet għall-memorja tiegħu. Mhux ta' b'xejn dik il-ħarsa ta' dieqa li kellha fuq wiċċha s-Sinjura meta rat dik il-ħerba ta' fjuri!! Għal xi mument reġgħet bdiet tħoss dik il-ħtija għal li kien ġara iżda s-Sinjura poġġiet idejha f'idejn Rika u waqt li għafsithielha tbissmitilha tbissimaħelwa ta' kuraġġ u rringrazzjatha. Dejjem dehret żorra u kattiva imma forsi kienet hekk għax kienet dejjem weħidha. Lanqas setg ħe t timmaġinaħajjitha weħidha mingħajr il-ġenituri u ħutha.

”Fadlilna nagħmlu xi ħaġa oħra”, qalet is-sinjura Ċett waqt li daħħlet idejha fil-but. Qalb Rika kinet se tieqaf (għal mument għad dielha minn moħħha x'qalet Tina ... ”Tibdilna f'xi kreatura.”)

Ħ arġet pakkett żrieragħ, fetħitu u xerrditu ġol-ħamrija.

”Rika, din ir-roqgħa fjuri se tkun tiegħek talli kont tifla ta' eżempju tajjeb u mhux biss skużajt ruħek iżda wkoll sewwejt il-ħsara li għamilt!”

 

 

 
For more information contact the Malta Writing Programme at FES on
tel: (00356) 21455600, 21455607, 21455653 fax: 00356 21455625
e-mail: mwp.fes@gov.mt