Konna niltaqgħu disat itfal. Mill-kbira saż-żgħira hemm tnax – il sena. It-tfulija tiegħi kienet sabiħa u għalkemm kellna ħafna limitazzjonijiet konna ferħana. Konna nilagħbu taparsi tal-ħanut tal-merċa u nixtru kwart kunserva. Il-kunserva konna nagħmluha bit-tajn u nużaw bottijiet użati bħal tal-ħalib u arana nilagħbu bi ftit flus biex inħallsu u nieħdu l-bqija. Ħija jilgħab u jinnavika u jagħmel xi mudell ta' magna tad-dries jew xi gaffa mill-bottijiet użati tal-bulubif. U erħilna niġru jew bir-rota jew bil-karrijiet tal-burrejs.
Konna nilagħbu taħtħarruba enormi u nagħmlu l-ħbula marbutin mal-friegħi ħoxnin u b'saħħithom ta'ħarruba li taf mijiet ta' snin u konna nitbandlu għalħin twil. Filgħaxija hi u nieżla x-xemx nisimgħu t-tpespis ta' l-għasafar li jinġabru madwar il-friegħi kotrana tal-ħarruba u t-tħaxwix ta' xi xaħmet l-art jew gremxul jew xi lifgħa u rari konna naraw xi serp jaqsam. Iż-żanżin taż-żnażan u n-naħal madwar il-ward tax-xemx mid-doppju li z-zija kienet tiżra' u l-hena tagħha kienet issaqqi, ma kien jaqta' xejn.
Min jaf kemm tlajna l-għajn jew tellieqa għat-telgħa b'nifisna maqtuggħ jew bir-rota u konna nispiċċaw nonfħu għax it-telgħa kienet iebsa u mmorru dritt naraw iż-żrinġijiet u l-marżepp. Il-qiegħta' l-għajn kien kollu tafal u ġo fiha ilma ġieri dejjem ġej. Min jaf kemm xrobna minnu! Niftakar ma kellniex ilma fid-djar u għalhekk in-nies tas-Santi kullħadd iġorr il-gardaruni u l-bramel ta' l-ilma għax-xorb, għat-tisjir, għall-ħasil, għat-tisqija u biex jisqu lill-bhejjem għax kważi kull familja kellha l-annimali. Kont tisma' ġos-sikta tas-Santi, xi għajta ta' xi baqra jew twerżieqa ta' xiħanżir. Iżda l-għajjat ta' xi mogħż a bil-lejl jew ta' xi kelb jinbaħkienet iddejjaqni wisq għax bejn bis-sħana u bin-nemus ma tkunx tista' torqod, dak l-għajjat kien jonqos biex itajjarli n-nagħas.
Ġieli konna mmorru norqdu għand iz-zija li kienet mimlija bis-saqqijiet u noħorġuhom barra fit-terazzin. Veduta mill-isbaħta' Għawdex jixgħel faċċata u l-baħar żejt jifred il-gżejjer. Konna ngħidu r-rużarju u norqdu barra, bla ma naħsbu fuq il-wirdien u n-nemus, b'naqra żiffa fqira li forsi kienet tgħaddi meta jkun riħisfel iżda nitgħattew meta kien ikun majjistral.
|