Programmes > Malta Writing Programme > Parents' Writing Circle >

Parents' Writing Corner

Ommi

Rita Galea

Fil-ħajja, il-bniedem jiltaqa' ma' diversi persuni li jgħinuh jibni l-karattru tiegħu kemm fit-tajjeb u kif ukoll fil-ħażin. Jiena nħossni verament iffortunata li t-trobbija tiegħi ġiet afdata f'idejn ommi, mara sempliċi b'qalb kbira u nassigurakom li għalkemm ġarrbetħafna f'ħajjitha, ommi f'kollox u f'kulħadd jirnexxielha tara u ssib dak li hu tajjeb u sabiħ.

Nibda biex ngħidilkom li ommi hi l-kbira minn sebat aħwa. Fl-età tenera ta' 14-il sena u nofs, ommi tilfet lil ommha u sabet ru ħh a trid tieħuħsieb is-sittħutha l-oħra kollha iżgħar minnha u kollha subien. Tista' timmaġina kemm kellha tikber malajr. Dan seħħ f'Jannar 1956. Dak iż-żmien ma kienx hawn il-kumditajiet li hawn illum. Imma ommi tgħid li kien żmien sabiħu tat lil ħutha tfulija sabiħa kemm setghet. Saħansitra llum il-ġurnata,ħutha speċjalment iż-żgħar, għadhom jirrispettawha u jħarsu lejha daqs li kieku kienet ommhom.

Iż-żmien għadda u l-ħajja kompliet għaddejja. Fi ftit kliem il-mamà ltaqgħet ma' missieri u żżewġu. Żmien sabiħu kellhom erbat itfal, żewġħuti subien, oħti u jiena ż-żgħira. Imma ommi kellha terġa' tgħaddi minn maltempata oħra. Bħal sajjetta fil-bnazzi il-papà kellu jidħol l-isptar. Kellu bronchite - xejn gravi. Sa filgħaxijaħallewh l-isptar f'kundizzjoni tajba. Imma jisbaħfilgħodu u f'kemm ilni ngħidilkom telefonata kiesħa u bierda twassal il-messaġġ lil ommi li l-pà kien qaleb għall-ħażin. Dakinhar stess il-papa ħalliena. Il-ħajja nbidlet mil-lejl għan-nhar, tgħid ommi. Mara ta' 29 sena b'erbat itfal, iż-żgħira ta' ħames xhur. Nismagħha tgħid li xtrat iż-żebgħa sewda tal-ħwejjeġ biex tiżbogħħwejjiġha għax dak iż-żmien kienu jdumu jilbsu iswed bħala viżtu.

Meta kont żgħira niftakarni nistaqsi lil ommi, “Ma, allura l-pà fejnu?” Hi kienet titbissimli, tħares ‘il fuq u tgħidli, “Il-pà qiegħed hemm fuq fejn il-Bambin, jarak u jieħu ħsiebek il-ħin kollu.” U jiena ta' tifla ċkejkna, kont inħares ‘il fuq flimkien m'ommi u nitbissem, sodisfatta bit-tweġiba t'ommi.

Iż-żmien kompla għaddej, jiena u t-tlietħuti l-oħra żżewwiġna u kollha ninsabu bit-tfal. Qegħdin disa' neputijiet u nhar ta' Ħadd niltaqgħu kollha fejn ommi. Ikun hemmħafna storbju imma ommi l-għaxqa tagħha tarana kollha miġburin, darba fil-ġimgħa ġewwa darha.

Meta kont nistaqsi lil ommi xi trid għall-birthday jew għall-Mother's Day, dejjem l-istess tweġiba kienet tagħtini u għadha tagħtini l-istess tweġiba sal-ġurnata ta' llum: “Jien ma rrid xejn,ħlief tfal bravi u bil-għaqal” u meta wliedi jistaqsuni x'irrid jien, nirrispondiehom eżatt bħalma kienet tirrispondini ommi: “Jien ma rrid xejn,ħlief tfal bravi u bil-għaqal.” Għax illum il-ġurnata jiena omm ukoll u għalhekk aktar nifhem il-kliem u l-imħabba ta' omm. Grazzi Mamà!

 

 
For more information contact the Malta Writing Programme at FES on
tel: (00356) 21455600, 21455607, 21455653 fax: 00356 21455625
e-mail: mwp.fes@gov.mt