Programmes > Malta Writing Programme > Parents' Writing Circle >

Parents' Writing Corner

Tifkiriet ta' l-iskola

Rita Muscat

Kont għadni kif dħalt il-kindergrten . Niftakar sew l- iskola fejn kont immur . Din ma tantx kienet ' il bogħod mid- dar fejn kont noqgħod, anzi, kemm naqsam it- triq .

L- għalliema tiegħi kienet soru dejjem liebsa libsa bajda u kien jisimha Sr. Domenica .   Kull fil-għodu kont nagħmel xenata biex ma m murx l- iskola għax aħna konna noqogħdu man- nanna u jien kont il-fessuda tagħha . Kont inkun irrid noqgħod magħha biex inkun nista ' noħroġ magħha tirgħa liż-żewġ mogħżiet li kellha .  Insomma ommi qatt ma kienet tħallihieli lixxa u dejjem kienet tgħaddi tagħha .   Niftakar sew il-kulur tal-libsa .  Kienet libsa roża jgħajjat u d- drapp kien tal-krimplin u lili xejn ma kien jogħġobni għax kien ixewwikni .   Niftakar sew li f'nofs in- nhar kienu jtuna nieklu l- brodu bil-bajda u jien ma kontx inkun irrid nieklu għax ir-riħa tiegħu kienet iddejjaqni ħafna .  Imma wara xi bikja minn hemm u għajta minn hawn kien ikolli nieklu bil-fors .

Għall-ħabta tas-sagħtejn kienet tiġi ommi għalija .   Dak il-ħin ma kontx issibni nibki anzi kont inkun irrid intir bil-ferħ għax kont inkunħa mmur id- dar biex ner ġ a' noħroġ man- nanna !

 

 

 
For more information contact the Malta Writing Programme at FES on
tel: (00356) 21455600, 21455607, 21455653 fax: 00356 21455625
e-mail: mwp.fes@gov.mt